Saturday, March 21, 2009

F'Kaz ta' mard jew mewt tieghi, x'se jigri mit-tifel tieghi

'F'kaz ta' mard jew mewt tieghi, x'se jsir mit-tifel'  -  missier ta' tifel b'dizabilita' mentali

 

Dawn huma l-hsibijiet hergin mil-qalb min missier lejn it-tifel tieghu li ghandhu dizabilita' mentali. Hsibijiet li jixhdu l-bizgha u wgiegh ta' qalb ta' missier li bil-mara marida ma jafx x'jista' jigri mit-tifel tieghu f'kaz li ma jkunx jistgha jiehu hsiebu aktar jew wara l-mewt tieghu.

 

Intqajt ma' joseph u mary mifsud, il-genituri tat-tifel b'dizabilita' mentali. Barra dan it-tifel il-koppja ghandhom zewgt itfal ohra akbar minnhu. Illum il-gurnata t-tifel ghandhu 16-il sena.

 

'Twieled tifel normali biss sfortunatament ta' sentejn maradli bil-meningitis u minhemm  baqgha ma jitkellimx u meta kien jipprova jimxi kien jaqgha' qaltli mary omm it-tifel. Ghalkemm b'dizabilita mentali joseph jistqarr li t-tifel tieghu dejjem attenda skola normali bl-ghajnuna tal-facilitator.

 

'Illum il-gurnata peress li spicca mill-iskola, iqattgha hafna mil-hin id-dar. Ghalkemm jaghmel kollox wahdu u jqattgha hafna hin ipingi, zgur li t-tifel ghandhu bzonn lil min jiehu hsiebu l-hin kollhu' isosstni joseph.

 

Bil-mara marida fejn tqatta' hafna hin l-isptar u minhabba x-xoghol tieghu, il-missier jistqarr bid-diffikultajiet li ghandhu. 'Ippruvajt nara' xi postijiet jezistu ghal persuni b'dizabilita li ma jkollhom lil hadd min jista' jdur bihom. Sa fejn naf jien jezistu madwar disgha postijiet ta' dan it-tip lib la dubju id-domanda ghalihom hija kbira wisq'.

 

Jistqarr li l-unika ghajnuna li sab kienet minghand Dun ang Seychell permezz ta' Dar Nazereth. 'Dun ang offrieli biex it-tifel ikun jista' jibda jattendi l-workshop li huwa centru ta' matul il-jum u joqghod xi granet f'dar nazereth'. Isosstni li f'dar nazereth mohhu mistrieh fejn barra li jitghallmu it-tajjeb, jghix ma' tfal bhalhu f'forma ta' familja.

 

Hadt il-kummenti wkoll ta' Dun ang li ftit tal-granet ohra se jiftah it-tielet dar fiz-zejtun fejn persuni b'dizabilita jghixu flimkien f'forma ta' familja. Dun ang jispjega li l-hsieb wara dawn id-djar zghar huwa biex jghin aktar persuni b'dizabilita jintegraw aktar fis-socjeta. Jemmen li jekk il-bniedem jghix f'ambjent zghir u f'ambjent shun ta' familja u thossok mahbub l-affarijiet jibdew jitfejqu u l-persuna b'dizabilita' terga tikseb l-indipendenza taghha.

 

Dwar il-kuncett ta' djar zghar fejn il-massimu ta' persuni b'dizabilita ma jkunx jaqbez l-ghaxar persuni, joseph jemmen li  dan huwa ta' gid enormi ghal persuna b'dizabilita. Izid jghid li hadd minnha ma twieled fi sptar u l-isptar ghandhu jkun biss ghal kura temporanju sakemm jghaddilek. 'Bla dubju l-ebda sptar m'huwa addattat ghal bniedem biex jghix fih'.

 

Qabel ghalaqna l-intervista joseph xtaq jaghmel l-ahhar appell. 'F'ismi u f'isem hafna genituri li ghandhom it-tfal b'dizabilita li tkellimt maghhom, nappellaw lil awtoritajiet biex ikun hawn aktar djar fl-irhula madwar malta u ghawdex flimkien ma' day centres li lesti jilqghu persuni b'dizabilita aktar milli jkun hemm sptar wiehed biss. Nemmen li b'hekk biss tista' tghin lil persuna b'dizabilita jkompli jghix fl-ambjent ta' familja u li jkun imdorri jghix fih'.


No comments:

Post a Comment