Saturday, March 21, 2009

Support Line 179: Hdax-il sena t'ghajnuna kontinwa

Support Line 179:  Hdax-il sena t'ghajnuna kontinwa

 

Madwar hdax-il sena ilu kienet nibtet l-ideja li titwaqqaf support line ghal dawk it-tfal li jkollhom problema jew sahansitra sfaw abbuzati. Illum il-gurnata dan is-support line immexxi mil-agenzija appogg fi hdan il-Fondazzjoni ghal servizz ta' harsien socjali tant kiber li barra li jilqgha telefonati minghand tfal, qed jilqgha wkoll telefonati minghand irgiel u nisa li jkollhom problema u jkunu jixtiequ lil xi hadd jismaghhom u jghinhom skond il-kaz partikolari taghhom.

 

B'tim ta' 83 volntier flimkien ma' numru ta' persuni professjonali mqassma fuq erbgha u ghoxrin siegha kuljum, is-support line 179 qed tircievi aktar min 1245 telefonati fix-xahar fejn 80 minnhom jigu referuti ghal aktar ghajnuna professjonali.

 

Biex insir naf aktar dwar is-support line 179, din il-gimgha ntqajt mas-sur carlo olivari d'emanuele li jiehu hsieb jikkordina dan is-support line kif ukoll ma' wahda mil-volontiera li tahdem f'dan is-support line.

 

Is-sur olivari d'emanuele spjegali li l-iskop ta' dan is-support line mhux li jinghata xi forma ta' councelling min fuq il-linja tat-telefon imma aktar qieghed hemm biex jisma' lil persuna li ccempel u jghinha issib is-servizz jew ghajnuna professjonali li jkollha bzonn.

 

Hawnhekk il-voluntiera li xtaqet tibqa' anonima tatni ideja ta' x'tip ta' problemi jkollhom il-persuna li jcemplu. Skond il-voluntiera hafna mit-telefonati ikunu ta' nies li jhossuhom wehidhom u jkunu jixtiequ jitkellmu ma' xi hadd. 'Hemm ohrajn li jcemplu minhabba problemi familjari, personali, minhabba abbuz, diffikultajiet ta' sahha mentali u sahansitra persuni li jkunu jridu jwettqu suwicidju'.

 

Madanakollu ma' dawn il-problemi u diffikultajiet genwini, il-volontiera sahqet li ghad issib min jabbuza mis-servizz anke ghal diffikultajiet zghar bhal informazzjoni dwar numru jew minflok iccemplu l-operator iccempel fuq il-179. Dan biex ma ssemiehx dawk li jcemplu u jaqtghu jew dawk li jcemplu biex jiccajtaw sahqet il-volontiera.

 

Ghalkemm is-support line jitmexxa min nies volontarji bla dubju is-servizz huwa wiehed professjonali. Imqassmin fuq shifts varjati ikun hemm zewgt volontiera jirrispondu t-telefonati jaghmilha possibli biex dan is-servizz jibqgha ghaddej 24 siegha kuljum inkluz is-sibt u l-hadd.

 

Is-sur olivari d'emanuele isosstni li ghalkemm il-persuni li jmexxu s-support line huma llkoll volontieri u kullhadd jista' jkun parti min dan it-tim, madanakollu hemm process li kull volontier irid jghaddi minnu biex eventwalment ikun jistgha jahdem mal-kumplament tat-tim. Hawnhekk spjegali li wara li wiehed japplika, issirlu l-intervisti biex jaraw x'valuri u x'maturita ghandhu l-applikant. Wara dan kollhu, jintghazlu n-nies biex jinghataw it-tahrig necessarju minn professjonisti mil-agenzija appogg. Wara dan kollhu l-persuna taghzel x'tip t'ghajnuna volontarju tixtieq taghti s-sehem fiha minhabba li l-agenzija appogg ghandha servizzi ohra fejn persuna tista' taghmel xoghol volontarju. Dan il-process hu necessarju sabiex l-agenzija tkun tista' toffri dejjem l-ahjar servizz possibli.

 

Xi haga mportanti ghal kull min jahdem fis-support line hija dik ta' l-anonimita. Il-volontiera tishaq li dan huwa punt sagrosant ghal kull min jiddeciedi li jinghaqad mas-support line 179. 'Kulmin icempel ghandu d-dritt jibqa' anonimu u f'kaz li jixtieq l-ghajnuna nghidulu fejn jista' jmur. Nitolbu biss id-dettalji tieghu f'kaz fejn il-persuna tkun trid lilna biex nirreferuha ghal aktar ghajnuna professjonali'.

 

Qabel ghalaqna l-intervista din il-volontarja xtaqet twassal messagg. Tistqarr li tul dawn l-erbgha snin li ilha voluntiera intaqghet ma' diversi diffikultajiet ta' persuni li bis-sahha ta' dan kollhu saret aktar umli u tapprezza aktar lilha nnifsha u l-hajja ngenerali. Tirrakontali okkazzjoni fejn persuna cempel wara li pprova jikkommetti suwicidju. Tispjegali li baqghet mieghu fuq il-linja sa ma giet l-ambulanza u nghata l-ghajnuna. Telefonata li ghenitha tirrealizza li meta tkun volontier mas-support line 179 filwaqt li taghti hafna, tkun qed tircievi wkoll ghax thossok titghallem aktar u tifhem aktar in-nies ta' madwarek.

 

Min-naha tieghu is-sur olivari d'emanuele xtaq jappella ghal aktar ghaqal dwar l-uzu tas-support line 179. Huwa sahaq li wiehed ghandu jzommu f'mohhu li telefonata mhux genwina fuq il-179 tista' tkun qed ittellef ic-cans lil persuna ohra milli tircievi l-ghajnuna mehtiega. L-istess jinghad ghal rapporti foloz li jsiru u li jiehdu hin prezzjuz sakemm jigu investigati mil-professjonisti ta' l-appogg, filwaqt li jikkawzaw hafna wgiegh bla bzonn lil dawk involuti.

 

Ghal aktar informazzjoni dwar is-servizz tal-agenzija appogg  dwar il-hidma volontarju, wiehed jista' jcempel fuq in-numru 22959000 jew izur is-sit elettronika www.appogg.gov.mt. Agenzija appogg hi parti mil-fondazzjoni ghal servizzi ta' harsien socjali li tinkorpora wkoll lil-agenzija sedqa (www.sedqa.gov.mt) u l-agenzija sapport (www.sapport.gov.mt).       


No comments:

Post a Comment