Qed Jizdied il-loghob Bid-decizzjoni li jinghataw il-permess biex ikunu jistghu jinfethu hwienet tal-loghob f'Malta fisser biex ghal l-ewwel darba f'pajjizna naraw ghexieren ta' hwienet mimlijin kaxex tal-loghob kwazi f'kull rahal jew belt f'Malta fejn dak li jkun jista' jmur jilghab bla ebda bizgha ta' xejn. Decizzjoni li fissret li f'certi rhula tista' ssib sahansitra aktar min tlett ihwienet ta' dan it-tip b'detriment ghal min jilghab u ghal familji taghhom. Tul din il-gimgha il-gazzetta 'it-torca' tkellmet ma' persuna li tiffrekwenta' dawn il-hwienet tal-loghob kif ukoll segwejna mil-qrib diversi hwienet li hawn imferrxin ma' malta. Il-persuna li tkellimna maghha u li tiffrekwenta diversi hwienet tal-loghob ta' dan it-tip u li minhabba ragunijiet ovvji qed nahbu l-identita taghha qaltilna li f'dawn il-postijiet hemm min qed jilghab ma l-erbgha mija maltin kuljum. Tkompli tghidilna li ssib hafna li jilghabu aktar min kaxxa wahda f'salt. Dan biex ikabbru ic-cansijiet taghhom ta' rebh u mil-banda l-ohra bla ma jkunu konxji minnha jkunu qed izidu c-cansijiet li jitilfu aktar flus. Jispjegalna li dawn il-hwienet tal-loghob qed jaghmlu qliegh kbar b'detriment ghal persuni b'dan il-vizzju. 'U jekk qed tahsbu li dawn il-postijiet huma frekwentati mil-irgiel biss sejrin zball. Hafna min nies li jigu jilghabu f'dawn il-hwienet tal-loghob ssib li huma nisa, specjalment nisa anzjani li jigu jilghabu regolarment'. F'sitt postijiet li nvestigajna tul gimgha shiha sibna li fi tnejn minnhom biss ma sibna lil hadd jilghab fil-hin li morna ahna. Infatti fl-erbgha hwienet l'ohra stajna nosservaw min hames sa ghaxar persuni jilghabu b'ohrajn warajhom isegwu l-loghob. F'hanut partikolari fost dawk li kienu qeghdin isegwu innutajna tifla that l-eta li skond il-ligi mhux suppost tidhol f'dawn il-hwienet tal-loghob. L-eta ta' dawk li kienu qed jilghabu kienet eta relattivament zghira u f'kazijiet minnhom in-nisa jilghabu kienu akbar min dak ta' l-irgiel. Barra l-kaxex tal-loghob hafna min dawn il-hwienet joffru wkoll 'internet café' fejn hafna zaghzagh specjalment turisti jiffrekwentaw dawn il-postijiet biex ikunu jistghu jaghmlu uzu mil-internet. Dwar dan il-fenomenu gdid ta' diversi hwienet tal-loghob mxerrdin ma' Rigward l-eta ta' min jistgha jidhol f'dawn il-hwienet, l-agenzija sedqa tishaq li ghandhu jkun hemm aktar kontrolli. Infatti l-agenzija sedqa kemm il-darba wasslet il-messagg taghha anke lill-awtoritajiet. Skond is-sedqa, l-awtoritajiet kompetenti ghandhom jintervjenu biex ma jippermettux postijiet tal-loghob jinfethu qrib postijiet frekwentati miz-zaghzagh, ikun hemm kontroll biex zaghzagh ma jidhlux fil-postijiet tal-loghob, reklamar ma jsirx qabel id-disgha ta' fil-ghaxija u li parti mil-qliegh jinghata lil agenzija sedqa biex tkun tista' taghmel programmi edukattivi biex tghallem kontra l-perikli tal-loghob. Il-fatt dwar li whud min dawn il-hwienet ghandhom ukoll internet café, l-agenzija sedqa tishaq li din it-tahlita bejn l-internet u l-magni tal-loghob ma' taghmilx gid. Dan ghal fatt li f'bini dedikat ghal-loghob ta l-azzard jista' jidher 'naturali' li l-kompjuters jintuzaw propju ghal loghob ta' l-azzard, anke min ikun ghadu m'ghalaqx it-tmintax. Punt iehor li xtaqet tikkumenta kien dwar il-fatt li nies anzjani qed jersqu lejn dawn il-hwienet. Ghalkemm skont l-agenzija sedqa r-rata ta' nies anzjani fosthom nisa li jmorru l-casinos qatt ma kienet baxxa, b'dawn il-hwienet fil-qalba ta' l-irhula maltin, milhuqa min kullhadd ghamilha aktar facli biex dawk li jkunu suxxettibli li jaqghu fil-vizzju tal-loghob, jibdew izuru dawn il-hwienet anke b'mod regolari. Ghalhekk l-agenzija sedqa qeghda tahdem u tishaq ghal aktar edukazzjoni dwar dan il-vizzju tal-loghob specjalment fit-tfal u z-zaghzagh. Biss l-agenzija sedqa tesigi li ghalkemm l-edukazzjoni hija mportanti, l-aqwa arma hi li l-industrija tkun regolata specjalment biex it-tfal u z-zaghzagh ikunu protetti u jkun hemm ukoll provedimenti necessarji biex min hu vulnerabbli jkun protett. |
Saturday, March 21, 2009
Qed Jizdied il-loghob
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment