Bl-ambulanzi ta' l-annimali u ma jistghux juzawhom Voluntieri li jahdmu favur id-drittijiet ta' l-annimali f'pajjizna jinsabu frustrati ghax ghalkemm ghandhom ghad disposizzjoni taghhom zewg ambulanzi ta' l-annimali ghadhom ma jistghux jaghmlu uzu minnhom. Hija sitwazzjoni li l-fondazzjoni San Frangisk, wahda mil-ghaqdiet li tahdem favur id-drittijiet ta' l-annimali b'tant ghozza kellha tiffaccja ghal dawn l-ahhar erba' snin. Manuel magrin li huwa wiehed mil-voluntiera ta' din il-fondazzjoni spjegalna kif fis-sena 2004 u fis-sena 2007 il-fondazzjoni kienet inghatat lilha zewg karozzi min benefatturi barranin biex ikunu jistghu jintuzaw bhala ambulanzi ghal dawk l-annimali kollha abbandunati li jkollhom bzonnhom. Madanakollu minhabba li l-karozzi gejjin min barra l-pajjiz, il-fondazzjoni ntalbet thallas madwar 6000 lira maltin f'taxxa tar-registrazzjoni. Ghalhekk kien hawnhekk li l-fondazzjoni li hija ghaqda volontarja li tahdem favur annimali mitluqa u abbandunati li talbet lil gvern biex jezenta' milli thallas dawn il-flus ghal fatt li l-karozzi kienu se jintuzaw ghal ghan filantropiku. Madanakollu it-talba li ghamlet il-fondazzjoni giet michuda waqt li ntalbu japplikaw fil-fond tal-kawzi gusti. Dan kollhu bil-konsegwenzi li kellhom jinkrew karozzi ohra u ghalhekk kellhom jiffaccjaw aktar spejjez waqt li l-karozzi taghhom jinsabu mitluqa fil-garaxx. Manuel kompla jispjega kif gimgha qabel l-ahhar elezzjoni generali kienu rcevew ittra mil-fond tal-kawzi gusti fejn informawhom li t-talba taghhom kienet qed tigi kkunsidrata serjament. Madanakollu ftit tal-granet ilu il-fondazzjoni ghadhom kif ircevew ittra ohra fejn infurmathom li t-talba taghhom ma gietx accetata. Hawnhekk tispikka r-rabja u l-frustrazzjoni ta' dan il-volontier fejn qed jappella lil gvern centrali li jekk verament jemmen u ghandu ghal qalbu l-imhabba lejn l-annimali abbandunati ghandhu jilqa' t-talba taghhom biex b'hekk ikunu jistghu juzaw dawn l-ambulanzi ta' l-annimali fejn b'mod volontarju jiehdu hsieb klieb u qtates li jispiccaw abbandunati u sahansitra mtajra fit-toroq maltin. |
Saturday, March 21, 2009
Bl-ambulanzi ta' l-annimali u ma jistghux juzawhom
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment