Saturday, March 21, 2009

L-Ghajn T'Gheriexem......100 sena wara

L-Ghajn T'Gheriexem …… 100 sena wara

 

Jekk l-ewwel ritratt igiblek nostalgija b'din il-mara timla' l-ilma mil-ghajn bl-irgiel bil-karettun u z-zwiemel taghhom weqfin ghal ftit mistrieh, zgur li t-tieni ritratt inissillek rabja hekk kif post storiku bhal din l-ghajn fir-rabat malta thalliet mitluqa u minsija tul dawn is-snin kollha.

 

Din l-ghajn ta' l-ilma jew kif inhi aktar maghrufa specjalment mar-rabtin bhala l-ghajn t'gheriexem tinsab ftit l'boghod mil-villa rumana, ezattament fi triq principali li mil-villa rumana tiehdok lejn il-bahrija. Hija ghajn li daqs kemm kienet popolari u mfittixija min-nies fl-imghoddi, daqshekk iehor tinsab mitluqa u fi stat t'abbandun llum.

 

Kien dan ir-ritratt antik ta' din l-ghajn li jidher li ngibed lejn l-ahhar tas-sena 1910 u li gie f'idejja dan l-ahhar li gabni wicc imb'wicc mar-realta u dwar l-istat li tinsab fih l-ghajn t'gheriexem, wahda mil-akbar li kien hawn fir-rabat u li kienet tintuza min hafna familji rabtin lura sew fis-snin.

 

Dwar dan kollhu tkellimt ma' anzjana ta' 80 sena li tiftakar sew din l-ghajn u min jaf kemm ghamlet uzu minnha. 'Niftakar kjuwijiet kbar ta' nies specjalment nisa li kienu jingabru biex jimlew l-ilma. Peress li l-ilma kien dejjem gej u kien ilma gieri, hafna kienu jimlew l-ilma biex wara jixorbuh'. Tghidilna li tiftakar hafna nisa kienu sahansitra imorru jahslu l-hwejjeg taghhom fl-ghajn t'gheriexem. Issosstni li din l-ghajn fir-rabat kienet wahda mil-aktar popolari mar-rabtin kemm minhabba l-kobor taghha u kemm minhabba l-ilma gieri.

 

Tkompli tispjegalna dwar l-attivita' li kien ikun hemm matul il-gurnata hdejn l-ghajn t'gheriexem. 'Niftakar hafna tfal li kienu jinzlu fl-ghajn u sahansitra jinhaslu fiha. Dejjem naf li kienet tkun nadifa. Hasra li llum immur passigata u nghaddi min hdejn din l-ghajn u nara' f'dak l-istat b'haxix hazin madwar l-ghajn bl-ilma ta' go fiha tant mahmug li huwa kollhu ahdar'.

 

Dwar dan il-monument storiku fir-rabat, it-torca ghamlet kuntatt mas-sindku sandro craus fejn staqsejnih dwar l-ghajn t'gheriexem. Filwaqt li sosstna li m'ilux f'din il-kariga ta' sindku, madanakollu jaf bis-sitwazzjoni ta' din l-ghajn fejn barra l-istat hazin li tinsab fiha, hemm xi whud li qed juzaw l-ghajn anke biex jahslu il-karozzi taghhom u sahansitra hemm min qed jitfa' xi zjut b'detriment ghal bdiewa li ghandhom ir-raba' taghhom f'dawk l-inhawi.

 

Hawnhekk sandro craus enfazizza li fil-ftit xhur li ilu f'din il-kariga qed jahdem biex jipprova jirrestawra xi whud mil-postijiet storici li l-lokalita tar-rabat huwa mdawwar bihom. Infatti wara diversi kuntatti jidher li hemm investitur barrani li jidher interessat ferm u fost l-ewwel postijiet storici li ghandhom bzonn jigu restawrati, il-kunsill ppropona li ssir l-ghajn t'gheriexem.

 

Is-sindku qalilna wkoll li waqt li l-kunsill qed jaghmel hiltu fejn anke dan l-ahhar kellhu kuntatt mad-dipartiment tar-restawr fejn qed jipprova jgib haddiema li jkunu ssusidjati, jidher li mhux l-istess jista' jinghad min naha tal-gvern centrali. Infatti skond l-istess sindku ftit li xejn qed tinghata xi forma t'ghajnuna min naha tal-gvern b'detriment ghal bosta siti storici li bosta bliet u rhula huma mdawwrin bihom u li jinsabu fi stat hazin bhal ma tinsab l-ghajn t'gheriexem. 


No comments:

Post a Comment