Sunday, March 22, 2009

Il-Kontijiet gholja tad-dawl jistghu jkunu ta' theddida serja ghal festi maltin

Il-Kontijiet gholja tad-dawl jistghu jkunu ta' theddida serja ghal festi maltin

 

Barra l-incertezza li tezisti fost il-familji maltin u ghawdxin dwar il-kontijiet gholja tad-dawl u ta' l-ilma jidher li qed tikber ukoll l-incertezza fost dawk delettanti tal-festi maltin. Dan ghal fatt li hemm il-bizgha li jekk ma' jkunx hemm fondi bizzejjed, id-dwal li s-soltu mdorrijin naraw mixghulin f'kull triq f'dik il-gimgha tal-festa tista' tkun meqjusa bhala xi haga tal-passat.

 

Id-decizjoni li ha l-kappillan tal-fgura Dun Joe Vella rigward il-festa tal-Madonna tal-Karmnu li tigi iccelebrata fit-tieni hadd ta' lulju jixhed dan kollhu. Fost l-avvizi kommunitarji li nqraw matul id-diversi quddies li saru nhar il-hadd li ghadda sar appell imqanqal fejn gie spjegat lil dawk prezenti rigward id-diffikultajiet li jezistu biex bhas snin ta' qabel jigu mixghula u mzejna t-toroq u l-knisja tal-fgura.

 

Persuni li kienu ghal quddiesa tal-hdax ta' filghodu spjegaw mat-torca li ghalkemm it-talbiet ghal donazzjonijiet finanzjarji qatt ma naqsu, madanakollu l-appell ta' nhar il-hadd kien wiehed partikolari. Il-qassis li kien qed jikkoncelebra l-quddiesa appella lil dawk prezenti biex kullhadd jaghti kemm jista' biex jingabru flus bizzejjed biex ikunu jistghu jarmaw it-toroq bid-dawl bhal snin ohra. Huwa appella biex anke dawk li joqghodu l-fgura imma gejjin min xi rahal iehor u ghalhekk jista' jkun li ma jikkontribwixxux ghal festa jilqghu l-appell li qed jaghmel f'isem il-parrocca u jghinu kemm jistghu peress li jekk ma jingabrux fondi bizzejjed din is-sena ikunu restritti li jixghelu t-toroq principali biss.

 

Residenti li ghandhom ghal qalbhom il-festa tal-fgura qalulna li hassewhom dizappuntati ghal din l-ahbar u ghalkemm jixtiequ jghinu aktar ihosshu li ma tantx jistghu jaghmlu dan. Dan ghal fatt li barra li anke huma qed ihosshu dan il-piz finanzjarju gdid, raguni ohra hija li filwaqt li l-kappillan qed jaghmel dan l-appell fl-istess waqt delettanti ta' l-armar qeghdin iduru d-djar biex il-familji jidhlu fi skema fejn jaghtu donazzjoni ta' lira maltija fix-xahar ghal pavaljuni l-godda. 'Zgur li huwa mpossibli li nghinu aktar mill qeghdin nghinu. Thobb kemm thobb il-festa ma' tistax taghmel aktar milli jmissek' qaltilna mara mizzewga b'zewgt itfal zghar.

 

Ikkuntatjat mil-gazzetta it-torca il-kappillan tal-fgura ikkonferma li saru appelli f'dan ir-rigward. Dun Vella qalilna li l-gholi tal-konsum tad-dawl hija realta f'pajjizna. Huwa sahaq li b'din ir-realta gdida li kellhom jiffaccjaw zgur li kellha tittiehed xi tip t'azzjoni. Ghalhekk inhass il-bzonn li ssir enfazi akbar f'dak li ghandhu x'jaqsam ma' gbir ta' flus ghax f'kaz li ma jkunx hemm fondi bizzejjed ikollhom jittiehdu xi decizjonijiet fosthom li jitnaqqsu drastikament toroq li n-nies tal-fgura fis-snin l-imghoddija dejjem draw jarawhom mixghulin.


No comments:

Post a Comment