Monday, March 23, 2009

'Kull meta nzur il-qabar t'ibni nhossni nistrieh'

'Kull meta nzur il-qabar t'ibni nhossni nistrieh'

 

Qeghdin fix-xahar ta' novembru u dan is-sentiment li thoss din l-omm li sfortunatament tilfet lil binha ta' 26 sena b'mod mil-aktar tragiku huwa rifless mil-mijiet ta' familji maltin u ghawdxin li jhosshu l-bzonn li jzuru lil gheziez taghhom specjalment f'dan ix-xahar li huwa ddedikat lil dawk kollha li hallew din id-dinja.

 

Din il-gimgha iltqajt ma' mary randich fid-dar taghha fil-fgura biex taqsam maghna l-esperjenza kiefra li ghaddiet minnha bit-telfa ta' binha u l-htiega li thoss li tibqa tmur zzur il-qabar ta' binha Antoine li f'settembru tas-sena 2001 kien tilef hajtu wara li gheraq biex isalva l-hajja ta' haddiehor gewwa x-xlendi ghawdex.

 

Bilqeda  fuq siggu fil-kamra ta' binha li ghadha kif kien halliha Antoine, b'hafna memorji u affarijiet tieghu fuq is-sodda, mary bdiet tirrakontali dwar il-karattru sabih li kellhu t-tifel taghha dejjem lest biex jghin lil haddiehor.

 

Antoine randich kien superjur tal-muzew fejn beda jghallem f'haz-zabbar u mbghad ghal 4 snin shah sakemm miet ghallem f'dak ta' wied il-ghajn. Mary tispjegali l-imhabba kbira li kellhu ghas-socjeta tal-muzew u ghal l-papa gwanni pawlu it-tieni kif ukoll ghal qaddis dun gorg preca. 'Kien ilu jmur il-muzew min mindu kellhu 4 snin. Niftakar ta' tifel li kien dejjem jibki biex imur il-muzew. Tista' tghid li hajtu kienet mid-dar ghal muzew. L-ghaxqa tieghu kienet li jghallem il-muzew lit-tfal'.

 

Biss bhal sajjeta fil-bnazzi, dik li kellha tkun l-ahhar harga ghas-sajf ghat tfal tal-muzew hasdet il-hajja ta' dan iz-zaghzugh. L-omm tirrakonta l-ahhar hinijiet qabel hareg mid-dar ghal l-ahhar darba fejn flimkien ma' zewg superjuri ohra kellhu jiehu grupp ta' madwar 40 tifel gurnata bahar gewwa ghawdex. 'Niftakar jghidli li ma tantx kellhu aptit imur imma peress li kellha tkun l-ahhar harga organizzata ghal dak is-sajf ma setax ma jmurx. Ghalhekk meta sarlu l-hin qalli benedizzjoni kif soltu kien jaghmel u telaq'.

 

L-ahbar ta' l-gharqa tat-tifel kien ta' xokk kbir kemm ghal ommu u kif ukoll ghal familja kollha. Mary tispjegali li t-tifel taghha kien ghawwiem u ghaddas tajjeb hafna u ghalhekk ghadhom sal-gurnata tal-llum ma jistghux jifhmu x'gara. Min dak li qalulhom jidher li antoine gheraq wara li pprova jsalva wiehed mit-tfal li kien ghodos f'ghar taht l-ilma u li dam biex tela fil-wicc.

 

Waqt li tqum min bilqeghda biex turini domna tal-madonna li Antoine kien dejjem jilbes f'ghonqu, mary tghidli kif hadet l-ahbar tal-mewt ta' binha. 'Ghalkemm hija ahbar kiefra, jiena dhalt fija nnifsi u ghidt li bl-imhabba u d-devozzjoni li kellhu lejn il-madonna t-tifel zgur li bhalissa qieghed ma' Gesu u mal-qaddis dun gorg preca'.

 

Bir-ritratt ta' Antoine f'idejha, mary tghidli kif min dakinhar tad-difna tat-tifel taghha qatt ma falliet gurnata li ma tmurx ghal ftit minuti fuq il-qabar tieghu. Tkompli tispjegali li b'hekk biss thossha komda u kull meta tmur ic-cimiterju thossha tistrieh u aktar ferhana. Izzid tghid li fix-xahar ta' novembru gieli marret darbtejn f'gurnata wahda.

 

Ghal mary ghalkemm m'ghadx hemm il-prezenza fizika ta' binha, ma thoss dik il-firda. Tghid li thoss li ghadhu maghha f'kull ma taghmel. Infatti mary kull meta tintaqa' ma genituri li bhalha tilfu lil uliedhom, taghmel min kollox biex taghmlilhom kuragg u tghinhom itaffu ftit mil-ugiegh li esperjenza bhal din iggib maghha.  

 

Qabel spiccajt din l-intervista, mary tenfazizza dwar il-fatt li m'ghandna qatt ninsew lil familjari u hbiebna li hallewna. Temmen li ghandna nibqghu nghozzu t-tifkira taghhom u specjalment issa li qeghdin fix-xahar dedikat lil hutna li hallewna ghandna nzuru aktar ic-cimiterju fejn hemm jistriehu ghal dejjem l-gheziez taghna.

evanchetcuti@yahoo.com


No comments:

Post a Comment