L-Istitut Paulo Freire: Tarka kontra l-illiterizmu u l-problemi socjali Ta' kull sena f'pajjizna nisimghu hafna dwar studenti li temmew l-istudji taghhom u gradwaw f'xi suggett partikolari. Biss mill-banda l-ohra rari nisimghu dwar kemm studenti zghazagh qed johorgu mil-iskola bla ma jafu jiktbu u jaqraw. F'socjeta fejn l-edukazzjoni hija prijorita, x'qed iwassal biex tant zghazagh qed johorgu mill-iskola li la jafu jiktbu u jaqraw? Min qed jiehu hsieb lil dawn iz-zghazagh u nies ohra, bi problemi fil-kitba u l-qari u li skond statistici ufficjali ricenti jammontaw ghal madwar 11% tal-popolazzjoni? Dan ghal fatt li persuna li ma tkunx kapaci tikteb u taqra qed tnaqqas dejjem il-possibilita' li ssib impjieg xieraq. Dawn huma whud mir-ragunijiet ghala twaqqaf dan l-istitut jew Centru fiz-zejtun taht l-isem ta' Paulo Freire. Dwar ix-xoghol li jsir f'dan ic-centru favur persuni vulnerabbli fis-socjeta taghna iltqajt ma' Fr. Vince Magri Gizwita li jmexxi dan l-Istitut. Fr.Vince spjegali kif beda dan ix-xoghol favur tfal batuti fl-iskola u li ilu ghaddej sa mis-sena 1989 fil-lokalita taz-Zejtun. Illum dan ix-xoghol huwa estiz ukoll ghall-adulti li jigu min-nahat ohra ta' Madanakollu fis-sena 2000 bl-ghajnuna tat-tabib Dr. Alexander Cachia Zammit li offra d-dar tieghu biex tkun tista' tilqa' fiha nies ta' kull eta' u mkejjen vicin twaqqaf dan ic-centru bl-isem ta' l-Istitut Paulo Freire. L-Istitut huwa mmexxi min Direttur, social workers professjonali u Fr. Vince spjegali li l-edukazzjoni li jaghtu lit-tfal f'dan ic-Centru hija totalment differenti min dik li tinghata fl-iskejjel. Infatti jimxu hafna fuq it-teoriji ta' l-edukatur braziljan ta' fama mondjali Paulo freire li miet madwar sitt snin ilu. Sintendi Paulo Freire kien bniedem akkademiku u kien jahdem mal-fqar kbar. Pero l-ispirtu tal-filosofija ta' Paulo Freire huwa li tisma', tidjaloga u tagixxi. L-istess nies trid tittratahom ta'persuni li ghandhom id-dritt li jkollhom sehem f'dak li jigri fis-socjeta'. Isostni li jimxu fuq il-kuncett t'edukazzjoni li ghandhom bzonn dawk li qed jircievuhom aktar milli edukazzjoni wahda ghal kullhadd. Jemmen li b'edukazzjoni bhal din toffri sistema aktar gusta u tista' tibni persuna u umanita ahjar. Hawnhekk Fr. Vince jitkellem dwar il-problema ta l-illiterizmu. Jishaq li din hija realta u quddiem din il-problema hemm bzonn li nkunu ottimisti u nippruvaw intaffuha. Isostni li l-problema ta' l-illiterizmu hija prezenti f'kull regjun ta' dan mhux bizzejjed. Quddiem din il-problema ta' l-illiterizmu hemm bzonn li s-socjeta ngenerali tinteressa aktar ruhha. Tul dawn it-tmin snin li l-Istitut Paulo freire ilu jopera laqgha fih mijiet ta' tfal u zghazagh u adulti. F'dan ic-Centru barra l-ghajnuna li joffru ghat-tfal fejn permezz tal-volontiera jitghallmu jiktbu u jaqraw jigu organizzati wkoll korsijiet tal-computer ghal kulhadd. Permezz ta' social workers li jahdmu f'Paulo Freire il-hidma tilhaq wkoll il-familji,genituri u individwi li jitolbu l-ghajnuna. Fr vince spjegali kif Paulo Freire huwa miftuh ghall-kollaborazzjoni ma' Istituzzjonijiet ohra, bhal ETC jew l-MCAST, dejjem bil-mira li jgibu 'l quddiem il-progress tal-partecipanti halli jhossuhom parti ntegrali u aktar kapaci li jippartecipaw fil-hajja tas-socjeta' ingenerali. Il-hidma kollha li ssir f'Paulo Freire hija gratwita, minghajr hlas. L-istitut jiddependi min ghajnuniet finanzjari u donazzjonijiet biex ilahhaq ma' l-ispejjes. F'dan ix-xoghol siewi mwettaq favur persuni hafna drabi vulnerabbli fis-socjeta' taghna, Il-Kunsill lokali taz-zejtun wkoll jahdem id f'id ma dan ic-centru. Fr. Vince spjegali li attivitajiet kulturali li jigu organizzati kif ukoll 'talent show' li jigi organizzat darba fis-sena issir bil-kollaborazzjoni mal-kunsill lokali. Qabel temmejt l-intervista fr. Vince xtaq jaghmel l-ahhar appell. Jishaq li l-problema ta' l-illiterizmu f'pajjizna se tibqa' hemm. Hemm problemi bhal diffikultajiet familjari, faqar socjali u personali kif ukoll problemi mentali fost ohrajn li jistghu jkunu fatturi biex il-problema ta' l-illiterizmu tkompli tikber. Madanakollu fr.vince jemmen li jekk nahdmu b'mod kollettiv u partecipattiv kemm jekk bhala edukaturi u kemm jekk bhala genituri flimkien mas-socjeta ngenerali, il-problema ta' l-illiterizmu fost il-poplu malti tkun tista' tittaffa. |
Tuesday, March 24, 2009
L-Istitut Paulo Freire: Tarka kontra l-illiterizmu u l-problemi socjali
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment