Is-Sigra 'tas-salib' fil-Periklu! Kagun tax-xita u r-rih qawwi li hakmu l-gzejjer maltin fil-jiem li ghaddew jidher li saret hsara kbira lis-sigra maghrufa l-aktar bhala 'tas-salib' li tinsab fit-triq tar-rabat tant li hemm il-possibilita' li s-sigra sahansitra tinqalgha min postha u titqieghed f'post alternattiv. Kawza ta' dan il-maltemp, bl-ammont ta' xita li nizlet u r-rih qawwi jidher li s-sigra inqattghawlha xi gheruq bil-konsegwenza li ghelbet ghal genb wiehed. Ikkuntattjat is-sindku tar-rabat sandro craus qalilna li ghalkemm is-sigra tinsab fit-triq arterjari u ghalhekk ma taqax taht il-kunsill tieghu, xorta hass li l-kunsill ghandhu jahdem biex tissewwa l-hsara. Is-sindku spjegalna li wara evalwazzjoni tal-hsara li giet ikkagunata mil-maltemp, flimkien ma' l-ADT, l-MEPA u l-ministeru ta' l-agrikoltura nstab li kawza tax-xita u r-rih qawwi is-sigra ghelbet u mmejlet l'isfel. Ghalhekk b'kordinament bejn l-ghaqdiet kollha koncernati gie deciz li jitqieghed sapport temporanju bhala lqugh bil-possibilita li jgholli s-sigra l'fuq kif kienet originarjament. Madanakollhu s-sindku m'eskludix il-fatt li f'kaz li s-sigra tibqa' ssirilha l-aktar hsara ikollha tittiehed decizjoni li tinqalgha min postha u titpogga f'post alternattiv biex b'hekk din is-sigra tant popolari mal-maltin u t-turisti tibqa' titgawdha ghal aktar u aktar snin. |
Wednesday, March 25, 2009
Is-Sigra 'tas-salib' fil-Periklu
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment