Is-Sigra 'tas-salib' fil-Periklu! Kagun tax-xita u r-rih qawwi li hakmu l-gzejjer maltin fil-jiem li ghaddew jidher li saret hsara kbira lis-sigra maghrufa l-aktar bhala 'tas-salib' li tinsab fit-triq tar-rabat tant li hemm il-possibilita' li s-sigra sahansitra tinqalgha min postha u titqieghed f'post alternattiv. Kawza ta' dan il-maltemp, bl-ammont ta' xita li nizlet u r-rih qawwi jidher li s-sigra inqattghawlha xi gheruq bil-konsegwenza li ghelbet ghal genb wiehed. Ikkuntattjat is-sindku tar-rabat sandro craus qalilna li ghalkemm is-sigra tinsab fit-triq arterjari u ghalhekk ma taqax taht il-kunsill tieghu, xorta hass li l-kunsill ghandhu jahdem biex tissewwa l-hsara. Is-sindku spjegalna li wara evalwazzjoni tal-hsara li giet ikkagunata mil-maltemp, flimkien ma' l-ADT, l-MEPA u l-ministeru ta' l-agrikoltura nstab li kawza tax-xita u r-rih qawwi is-sigra ghelbet u mmejlet l'isfel. Ghalhekk b'kordinament bejn l-ghaqdiet kollha koncernati gie deciz li jitqieghed sapport temporanju bhala lqugh bil-possibilita li jgholli s-sigra l'fuq kif kienet originarjament. Madanakollhu s-sindku m'eskludix il-fatt li f'kaz li s-sigra tibqa' ssirilha l-aktar hsara ikollha tittiehed decizjoni li tinqalgha min postha u titpogga f'post alternattiv biex b'hekk din is-sigra tant popolari mal-maltin u t-turisti tibqa' titgawdha ghal aktar u aktar snin. |
Wednesday, March 25, 2009
Is-Sigra 'tas-salib' fil-Periklu
Tuesday, March 24, 2009
L-Istitut Paulo Freire: Tarka kontra l-illiterizmu u l-problemi socjali
L-Istitut Paulo Freire: Tarka kontra l-illiterizmu u l-problemi socjali Ta' kull sena f'pajjizna nisimghu hafna dwar studenti li temmew l-istudji taghhom u gradwaw f'xi suggett partikolari. Biss mill-banda l-ohra rari nisimghu dwar kemm studenti zghazagh qed johorgu mil-iskola bla ma jafu jiktbu u jaqraw. F'socjeta fejn l-edukazzjoni hija prijorita, x'qed iwassal biex tant zghazagh qed johorgu mill-iskola li la jafu jiktbu u jaqraw? Min qed jiehu hsieb lil dawn iz-zghazagh u nies ohra, bi problemi fil-kitba u l-qari u li skond statistici ufficjali ricenti jammontaw ghal madwar 11% tal-popolazzjoni? Dan ghal fatt li persuna li ma tkunx kapaci tikteb u taqra qed tnaqqas dejjem il-possibilita' li ssib impjieg xieraq. Dawn huma whud mir-ragunijiet ghala twaqqaf dan l-istitut jew Centru fiz-zejtun taht l-isem ta' Paulo Freire. Dwar ix-xoghol li jsir f'dan ic-centru favur persuni vulnerabbli fis-socjeta taghna iltqajt ma' Fr. Vince Magri Gizwita li jmexxi dan l-Istitut. Fr.Vince spjegali kif beda dan ix-xoghol favur tfal batuti fl-iskola u li ilu ghaddej sa mis-sena 1989 fil-lokalita taz-Zejtun. Illum dan ix-xoghol huwa estiz ukoll ghall-adulti li jigu min-nahat ohra ta' Madanakollu fis-sena 2000 bl-ghajnuna tat-tabib Dr. Alexander Cachia Zammit li offra d-dar tieghu biex tkun tista' tilqa' fiha nies ta' kull eta' u mkejjen vicin twaqqaf dan ic-centru bl-isem ta' l-Istitut Paulo Freire. L-Istitut huwa mmexxi min Direttur, social workers professjonali u Fr. Vince spjegali li l-edukazzjoni li jaghtu lit-tfal f'dan ic-Centru hija totalment differenti min dik li tinghata fl-iskejjel. Infatti jimxu hafna fuq it-teoriji ta' l-edukatur braziljan ta' fama mondjali Paulo freire li miet madwar sitt snin ilu. Sintendi Paulo Freire kien bniedem akkademiku u kien jahdem mal-fqar kbar. Pero l-ispirtu tal-filosofija ta' Paulo Freire huwa li tisma', tidjaloga u tagixxi. L-istess nies trid tittratahom ta'persuni li ghandhom id-dritt li jkollhom sehem f'dak li jigri fis-socjeta'. Isostni li jimxu fuq il-kuncett t'edukazzjoni li ghandhom bzonn dawk li qed jircievuhom aktar milli edukazzjoni wahda ghal kullhadd. Jemmen li b'edukazzjoni bhal din toffri sistema aktar gusta u tista' tibni persuna u umanita ahjar. Hawnhekk Fr. Vince jitkellem dwar il-problema ta l-illiterizmu. Jishaq li din hija realta u quddiem din il-problema hemm bzonn li nkunu ottimisti u nippruvaw intaffuha. Isostni li l-problema ta' l-illiterizmu hija prezenti f'kull regjun ta' dan mhux bizzejjed. Quddiem din il-problema ta' l-illiterizmu hemm bzonn li s-socjeta ngenerali tinteressa aktar ruhha. Tul dawn it-tmin snin li l-Istitut Paulo freire ilu jopera laqgha fih mijiet ta' tfal u zghazagh u adulti. F'dan ic-Centru barra l-ghajnuna li joffru ghat-tfal fejn permezz tal-volontiera jitghallmu jiktbu u jaqraw jigu organizzati wkoll korsijiet tal-computer ghal kulhadd. Permezz ta' social workers li jahdmu f'Paulo Freire il-hidma tilhaq wkoll il-familji,genituri u individwi li jitolbu l-ghajnuna. Fr vince spjegali kif Paulo Freire huwa miftuh ghall-kollaborazzjoni ma' Istituzzjonijiet ohra, bhal ETC jew l-MCAST, dejjem bil-mira li jgibu 'l quddiem il-progress tal-partecipanti halli jhossuhom parti ntegrali u aktar kapaci li jippartecipaw fil-hajja tas-socjeta' ingenerali. Il-hidma kollha li ssir f'Paulo Freire hija gratwita, minghajr hlas. L-istitut jiddependi min ghajnuniet finanzjari u donazzjonijiet biex ilahhaq ma' l-ispejjes. F'dan ix-xoghol siewi mwettaq favur persuni hafna drabi vulnerabbli fis-socjeta' taghna, Il-Kunsill lokali taz-zejtun wkoll jahdem id f'id ma dan ic-centru. Fr. Vince spjegali li attivitajiet kulturali li jigu organizzati kif ukoll 'talent show' li jigi organizzat darba fis-sena issir bil-kollaborazzjoni mal-kunsill lokali. Qabel temmejt l-intervista fr. Vince xtaq jaghmel l-ahhar appell. Jishaq li l-problema ta' l-illiterizmu f'pajjizna se tibqa' hemm. Hemm problemi bhal diffikultajiet familjari, faqar socjali u personali kif ukoll problemi mentali fost ohrajn li jistghu jkunu fatturi biex il-problema ta' l-illiterizmu tkompli tikber. Madanakollu fr.vince jemmen li jekk nahdmu b'mod kollettiv u partecipattiv kemm jekk bhala edukaturi u kemm jekk bhala genituri flimkien mas-socjeta ngenerali, il-problema ta' l-illiterizmu fost il-poplu malti tkun tista' tittaffa. |
Monday, March 23, 2009
'Kull meta nzur il-qabar t'ibni nhossni nistrieh'
'Kull meta nzur il-qabar t'ibni nhossni nistrieh' Qeghdin fix-xahar ta' novembru u dan is-sentiment li thoss din l-omm li sfortunatament tilfet lil binha ta' 26 sena b'mod mil-aktar tragiku huwa rifless mil-mijiet ta' familji maltin u ghawdxin li jhosshu l-bzonn li jzuru lil gheziez taghhom specjalment f'dan ix-xahar li huwa ddedikat lil dawk kollha li hallew din id-dinja. Din il-gimgha iltqajt ma' mary randich fid-dar taghha fil-fgura biex taqsam maghna l-esperjenza kiefra li ghaddiet minnha bit-telfa ta' binha u l-htiega li thoss li tibqa tmur zzur il-qabar ta' binha Antoine li f'settembru tas-sena 2001 kien tilef hajtu wara li gheraq biex isalva l-hajja ta' haddiehor gewwa x-xlendi ghawdex. Bilqeda fuq siggu fil-kamra ta' binha li ghadha kif kien halliha Antoine, b'hafna memorji u affarijiet tieghu fuq is-sodda, mary bdiet tirrakontali dwar il-karattru sabih li kellhu t-tifel taghha dejjem lest biex jghin lil haddiehor. Antoine randich kien superjur tal-muzew fejn beda jghallem f'haz-zabbar u mbghad ghal 4 snin shah sakemm miet ghallem f'dak ta' wied il-ghajn. Mary tispjegali l-imhabba kbira li kellhu ghas-socjeta tal-muzew u ghal l-papa gwanni pawlu it-tieni kif ukoll ghal qaddis dun gorg preca. 'Kien ilu jmur il-muzew min mindu kellhu 4 snin. Niftakar ta' tifel li kien dejjem jibki biex imur il-muzew. Tista' tghid li hajtu kienet mid-dar ghal muzew. L-ghaxqa tieghu kienet li jghallem il-muzew lit-tfal'. Biss bhal sajjeta fil-bnazzi, dik li kellha tkun l-ahhar harga ghas-sajf ghat tfal tal-muzew hasdet il-hajja ta' dan iz-zaghzugh. L-omm tirrakonta l-ahhar hinijiet qabel hareg mid-dar ghal l-ahhar darba fejn flimkien ma' zewg superjuri ohra kellhu jiehu grupp ta' madwar 40 tifel gurnata bahar gewwa ghawdex. 'Niftakar jghidli li ma tantx kellhu aptit imur imma peress li kellha tkun l-ahhar harga organizzata ghal dak is-sajf ma setax ma jmurx. Ghalhekk meta sarlu l-hin qalli benedizzjoni kif soltu kien jaghmel u telaq'. L-ahbar ta' l-gharqa tat-tifel kien ta' xokk kbir kemm ghal ommu u kif ukoll ghal familja kollha. Mary tispjegali li t-tifel taghha kien ghawwiem u ghaddas tajjeb hafna u ghalhekk ghadhom sal-gurnata tal-llum ma jistghux jifhmu x'gara. Min dak li qalulhom jidher li antoine gheraq wara li pprova jsalva wiehed mit-tfal li kien ghodos f'ghar taht l-ilma u li dam biex tela fil-wicc. Waqt li tqum min bilqeghda biex turini domna tal-madonna li Antoine kien dejjem jilbes f'ghonqu, mary tghidli kif hadet l-ahbar tal-mewt ta' binha. 'Ghalkemm hija ahbar kiefra, jiena dhalt fija nnifsi u ghidt li bl-imhabba u d-devozzjoni li kellhu lejn il-madonna t-tifel zgur li bhalissa qieghed ma' Gesu u mal-qaddis dun gorg preca'. Bir-ritratt ta' Antoine f'idejha, mary tghidli kif min dakinhar tad-difna tat-tifel taghha qatt ma falliet gurnata li ma tmurx ghal ftit minuti fuq il-qabar tieghu. Tkompli tispjegali li b'hekk biss thossha komda u kull meta tmur ic-cimiterju thossha tistrieh u aktar ferhana. Izzid tghid li fix-xahar ta' novembru gieli marret darbtejn f'gurnata wahda. Ghal mary ghalkemm m'ghadx hemm il-prezenza fizika ta' binha, ma thoss dik il-firda. Tghid li thoss li ghadhu maghha f'kull ma taghmel. Infatti mary kull meta tintaqa' ma genituri li bhalha tilfu lil uliedhom, taghmel min kollox biex taghmlilhom kuragg u tghinhom itaffu ftit mil-ugiegh li esperjenza bhal din iggib maghha. Qabel spiccajt din l-intervista, mary tenfazizza dwar il-fatt li m'ghandna qatt ninsew lil familjari u hbiebna li hallewna. Temmen li ghandna nibqghu nghozzu t-tifkira taghhom u specjalment issa li qeghdin fix-xahar dedikat lil hutna li hallewna ghandna nzuru aktar ic-cimiterju fejn hemm jistriehu ghal dejjem l-gheziez taghna. |
Sunday, March 22, 2009
Il-Kontijiet gholja tad-dawl jistghu jkunu ta' theddida serja ghal festi maltin
Il-Kontijiet gholja tad-dawl jistghu jkunu ta' theddida serja ghal festi maltin Barra l-incertezza li tezisti fost il-familji maltin u ghawdxin dwar il-kontijiet gholja tad-dawl u ta' l-ilma jidher li qed tikber ukoll l-incertezza fost dawk delettanti tal-festi maltin. Dan ghal fatt li hemm il-bizgha li jekk ma' jkunx hemm fondi bizzejjed, id-dwal li s-soltu mdorrijin naraw mixghulin f'kull triq f'dik il-gimgha tal-festa tista' tkun meqjusa bhala xi haga tal-passat. Id-decizjoni li ha l-kappillan tal-fgura Dun Joe Vella rigward il-festa tal-Madonna tal-Karmnu li tigi iccelebrata fit-tieni hadd ta' lulju jixhed dan kollhu. Fost l-avvizi kommunitarji li nqraw matul id-diversi quddies li saru nhar il-hadd li ghadda sar appell imqanqal fejn gie spjegat lil dawk prezenti rigward id-diffikultajiet li jezistu biex bhas snin ta' qabel jigu mixghula u mzejna t-toroq u l-knisja tal-fgura. Persuni li kienu ghal quddiesa tal-hdax ta' filghodu spjegaw mat-torca li ghalkemm it-talbiet ghal donazzjonijiet finanzjarji qatt ma naqsu, madanakollu l-appell ta' nhar il-hadd kien wiehed partikolari. Il-qassis li kien qed jikkoncelebra l-quddiesa appella lil dawk prezenti biex kullhadd jaghti kemm jista' biex jingabru flus bizzejjed biex ikunu jistghu jarmaw it-toroq bid-dawl bhal snin ohra. Huwa appella biex anke dawk li joqghodu l-fgura imma gejjin min xi rahal iehor u ghalhekk jista' jkun li ma jikkontribwixxux ghal festa jilqghu l-appell li qed jaghmel f'isem il-parrocca u jghinu kemm jistghu peress li jekk ma jingabrux fondi bizzejjed din is-sena ikunu restritti li jixghelu t-toroq principali biss. Residenti li ghandhom ghal qalbhom il-festa tal-fgura qalulna li hassewhom dizappuntati ghal din l-ahbar u ghalkemm jixtiequ jghinu aktar ihosshu li ma tantx jistghu jaghmlu dan. Dan ghal fatt li barra li anke huma qed ihosshu dan il-piz finanzjarju gdid, raguni ohra hija li filwaqt li l-kappillan qed jaghmel dan l-appell fl-istess waqt delettanti ta' l-armar qeghdin iduru d-djar biex il-familji jidhlu fi skema fejn jaghtu donazzjoni ta' lira maltija fix-xahar ghal pavaljuni l-godda. 'Zgur li huwa mpossibli li nghinu aktar mill qeghdin nghinu. Thobb kemm thobb il-festa ma' tistax taghmel aktar milli jmissek' qaltilna mara mizzewga b'zewgt itfal zghar. Ikkuntatjat mil-gazzetta it-torca il-kappillan tal-fgura ikkonferma li saru appelli f'dan ir-rigward. Dun Vella qalilna li l-gholi tal-konsum tad-dawl hija realta f'pajjizna. Huwa sahaq li b'din ir-realta gdida li kellhom jiffaccjaw zgur li kellha tittiehed xi tip t'azzjoni. Ghalhekk inhass il-bzonn li ssir enfazi akbar f'dak li ghandhu x'jaqsam ma' gbir ta' flus ghax f'kaz li ma jkunx hemm fondi bizzejjed ikollhom jittiehdu xi decizjonijiet fosthom li jitnaqqsu drastikament toroq li n-nies tal-fgura fis-snin l-imghoddija dejjem draw jarawhom mixghulin. |
Saturday, March 21, 2009
L-Ghajn T'Gheriexem......100 sena wara
L-Ghajn T'Gheriexem …… 100 sena wara Jekk l-ewwel ritratt igiblek nostalgija b'din il-mara timla' l-ilma mil-ghajn bl-irgiel bil-karettun u z-zwiemel taghhom weqfin ghal ftit mistrieh, zgur li t-tieni ritratt inissillek rabja hekk kif post storiku bhal din l-ghajn fir-rabat Din l-ghajn ta' l-ilma jew kif inhi aktar maghrufa specjalment mar-rabtin bhala l-ghajn t'gheriexem tinsab ftit l'boghod mil-villa rumana, ezattament fi triq principali li mil-villa rumana tiehdok lejn il-bahrija. Hija ghajn li daqs kemm kienet popolari u mfittixija min-nies fl-imghoddi, daqshekk iehor tinsab mitluqa u fi stat t'abbandun llum. Kien dan ir-ritratt antik ta' din l-ghajn li jidher li ngibed lejn l-ahhar tas-sena 1910 u li gie f'idejja dan l-ahhar li gabni wicc imb'wicc mar-realta u dwar l-istat li tinsab fih l-ghajn t'gheriexem, wahda mil-akbar li kien hawn fir-rabat u li kienet tintuza min hafna familji rabtin lura sew fis-snin. Dwar dan kollhu tkellimt ma' anzjana ta' 80 sena li tiftakar sew din l-ghajn u min jaf kemm ghamlet uzu minnha. 'Niftakar kjuwijiet kbar ta' nies specjalment nisa li kienu jingabru biex jimlew l-ilma. Peress li l-ilma kien dejjem gej u kien ilma gieri, hafna kienu jimlew l-ilma biex wara jixorbuh'. Tghidilna li tiftakar hafna nisa kienu sahansitra imorru jahslu l-hwejjeg taghhom fl-ghajn t'gheriexem. Issosstni li din l-ghajn fir-rabat kienet wahda mil-aktar popolari mar-rabtin kemm minhabba l-kobor taghha u kemm minhabba l-ilma gieri. Tkompli tispjegalna dwar l-attivita' li kien ikun hemm matul il-gurnata hdejn l-ghajn t'gheriexem. 'Niftakar hafna tfal li kienu jinzlu fl-ghajn u sahansitra jinhaslu fiha. Dejjem naf li kienet tkun nadifa. Hasra li llum immur passigata u nghaddi min hdejn din l-ghajn u nara' f'dak l-istat b'haxix hazin madwar l-ghajn bl-ilma ta' go fiha tant mahmug li huwa kollhu ahdar'. Dwar dan il-monument storiku fir-rabat, it-torca ghamlet kuntatt mas-sindku sandro craus fejn staqsejnih dwar l-ghajn t'gheriexem. Filwaqt li sosstna li m'ilux f'din il-kariga ta' sindku, madanakollu jaf bis-sitwazzjoni ta' din l-ghajn fejn barra l-istat hazin li tinsab fiha, hemm xi whud li qed juzaw l-ghajn anke biex jahslu il-karozzi taghhom u sahansitra hemm min qed jitfa' xi zjut b'detriment ghal bdiewa li ghandhom ir-raba' taghhom f'dawk l-inhawi. Hawnhekk sandro craus enfazizza li fil-ftit xhur li ilu f'din il-kariga qed jahdem biex jipprova jirrestawra xi whud mil-postijiet storici li l-lokalita tar-rabat huwa mdawwar bihom. Infatti wara diversi kuntatti jidher li hemm investitur barrani li jidher interessat ferm u fost l-ewwel postijiet storici li ghandhom bzonn jigu restawrati, il-kunsill ppropona li ssir l-ghajn t'gheriexem. Is-sindku qalilna wkoll li waqt li l-kunsill qed jaghmel hiltu fejn anke dan l-ahhar kellhu kuntatt mad-dipartiment tar-restawr fejn qed jipprova jgib haddiema li jkunu ssusidjati, jidher li mhux l-istess jista' jinghad min |
Bl-ambulanzi ta' l-annimali u ma jistghux juzawhom
Bl-ambulanzi ta' l-annimali u ma jistghux juzawhom Voluntieri li jahdmu favur id-drittijiet ta' l-annimali f'pajjizna jinsabu frustrati ghax ghalkemm ghandhom ghad disposizzjoni taghhom zewg ambulanzi ta' l-annimali ghadhom ma jistghux jaghmlu uzu minnhom. Hija sitwazzjoni li l-fondazzjoni San Frangisk, wahda mil-ghaqdiet li tahdem favur id-drittijiet ta' l-annimali b'tant ghozza kellha tiffaccja ghal dawn l-ahhar erba' snin. Manuel magrin li huwa wiehed mil-voluntiera ta' din il-fondazzjoni spjegalna kif fis-sena 2004 u fis-sena 2007 il-fondazzjoni kienet inghatat lilha zewg karozzi min benefatturi barranin biex ikunu jistghu jintuzaw bhala ambulanzi ghal dawk l-annimali kollha abbandunati li jkollhom bzonnhom. Madanakollu minhabba li l-karozzi gejjin min barra l-pajjiz, il-fondazzjoni ntalbet thallas madwar 6000 lira maltin f'taxxa tar-registrazzjoni. Ghalhekk kien hawnhekk li l-fondazzjoni li hija ghaqda volontarja li tahdem favur annimali mitluqa u abbandunati li talbet lil gvern biex jezenta' milli thallas dawn il-flus ghal fatt li l-karozzi kienu se jintuzaw ghal ghan filantropiku. Madanakollu it-talba li ghamlet il-fondazzjoni giet michuda waqt li ntalbu japplikaw fil-fond tal-kawzi gusti. Dan kollhu bil-konsegwenzi li kellhom jinkrew karozzi ohra u ghalhekk kellhom jiffaccjaw aktar spejjez waqt li l-karozzi taghhom jinsabu mitluqa fil-garaxx. Manuel kompla jispjega kif gimgha qabel l-ahhar elezzjoni generali kienu rcevew ittra mil-fond tal-kawzi gusti fejn informawhom li t-talba taghhom kienet qed tigi kkunsidrata serjament. Madanakollu ftit tal-granet ilu il-fondazzjoni ghadhom kif ircevew ittra ohra fejn infurmathom li t-talba taghhom ma gietx accetata. Hawnhekk tispikka r-rabja u l-frustrazzjoni ta' dan il-volontier fejn qed jappella lil gvern centrali li jekk verament jemmen u ghandu ghal qalbu l-imhabba lejn l-annimali abbandunati ghandhu jilqa' t-talba taghhom biex b'hekk ikunu jistghu juzaw dawn l-ambulanzi ta' l-annimali fejn b'mod volontarju jiehdu hsieb klieb u qtates li jispiccaw abbandunati u sahansitra mtajra fit-toroq maltin. |
Qed Jizdied il-loghob
Qed Jizdied il-loghob Bid-decizzjoni li jinghataw il-permess biex ikunu jistghu jinfethu hwienet tal-loghob f'Malta fisser biex ghal l-ewwel darba f'pajjizna naraw ghexieren ta' hwienet mimlijin kaxex tal-loghob kwazi f'kull rahal jew belt f'Malta fejn dak li jkun jista' jmur jilghab bla ebda bizgha ta' xejn. Decizzjoni li fissret li f'certi rhula tista' ssib sahansitra aktar min tlett ihwienet ta' dan it-tip b'detriment ghal min jilghab u ghal familji taghhom. Tul din il-gimgha il-gazzetta 'it-torca' tkellmet ma' persuna li tiffrekwenta' dawn il-hwienet tal-loghob kif ukoll segwejna mil-qrib diversi hwienet li hawn imferrxin ma' malta. Il-persuna li tkellimna maghha u li tiffrekwenta diversi hwienet tal-loghob ta' dan it-tip u li minhabba ragunijiet ovvji qed nahbu l-identita taghha qaltilna li f'dawn il-postijiet hemm min qed jilghab ma l-erbgha mija maltin kuljum. Tkompli tghidilna li ssib hafna li jilghabu aktar min kaxxa wahda f'salt. Dan biex ikabbru ic-cansijiet taghhom ta' rebh u mil-banda l-ohra bla ma jkunu konxji minnha jkunu qed izidu c-cansijiet li jitilfu aktar flus. Jispjegalna li dawn il-hwienet tal-loghob qed jaghmlu qliegh kbar b'detriment ghal persuni b'dan il-vizzju. 'U jekk qed tahsbu li dawn il-postijiet huma frekwentati mil-irgiel biss sejrin zball. Hafna min nies li jigu jilghabu f'dawn il-hwienet tal-loghob ssib li huma nisa, specjalment nisa anzjani li jigu jilghabu regolarment'. F'sitt postijiet li nvestigajna tul gimgha shiha sibna li fi tnejn minnhom biss ma sibna lil hadd jilghab fil-hin li morna ahna. Infatti fl-erbgha hwienet l'ohra stajna nosservaw min hames sa ghaxar persuni jilghabu b'ohrajn warajhom isegwu l-loghob. F'hanut partikolari fost dawk li kienu qeghdin isegwu innutajna tifla that l-eta li skond il-ligi mhux suppost tidhol f'dawn il-hwienet tal-loghob. L-eta ta' dawk li kienu qed jilghabu kienet eta relattivament zghira u f'kazijiet minnhom in-nisa jilghabu kienu akbar min dak ta' l-irgiel. Barra l-kaxex tal-loghob hafna min dawn il-hwienet joffru wkoll 'internet café' fejn hafna zaghzagh specjalment turisti jiffrekwentaw dawn il-postijiet biex ikunu jistghu jaghmlu uzu mil-internet. Dwar dan il-fenomenu gdid ta' diversi hwienet tal-loghob mxerrdin ma' Rigward l-eta ta' min jistgha jidhol f'dawn il-hwienet, l-agenzija sedqa tishaq li ghandhu jkun hemm aktar kontrolli. Infatti l-agenzija sedqa kemm il-darba wasslet il-messagg taghha anke lill-awtoritajiet. Skond is-sedqa, l-awtoritajiet kompetenti ghandhom jintervjenu biex ma jippermettux postijiet tal-loghob jinfethu qrib postijiet frekwentati miz-zaghzagh, ikun hemm kontroll biex zaghzagh ma jidhlux fil-postijiet tal-loghob, reklamar ma jsirx qabel id-disgha ta' fil-ghaxija u li parti mil-qliegh jinghata lil agenzija sedqa biex tkun tista' taghmel programmi edukattivi biex tghallem kontra l-perikli tal-loghob. Il-fatt dwar li whud min dawn il-hwienet ghandhom ukoll internet café, l-agenzija sedqa tishaq li din it-tahlita bejn l-internet u l-magni tal-loghob ma' taghmilx gid. Dan ghal fatt li f'bini dedikat ghal-loghob ta l-azzard jista' jidher 'naturali' li l-kompjuters jintuzaw propju ghal loghob ta' l-azzard, anke min ikun ghadu m'ghalaqx it-tmintax. Punt iehor li xtaqet tikkumenta kien dwar il-fatt li nies anzjani qed jersqu lejn dawn il-hwienet. Ghalkemm skont l-agenzija sedqa r-rata ta' nies anzjani fosthom nisa li jmorru l-casinos qatt ma kienet baxxa, b'dawn il-hwienet fil-qalba ta' l-irhula maltin, milhuqa min kullhadd ghamilha aktar facli biex dawk li jkunu suxxettibli li jaqghu fil-vizzju tal-loghob, jibdew izuru dawn il-hwienet anke b'mod regolari. Ghalhekk l-agenzija sedqa qeghda tahdem u tishaq ghal aktar edukazzjoni dwar dan il-vizzju tal-loghob specjalment fit-tfal u z-zaghzagh. Biss l-agenzija sedqa tesigi li ghalkemm l-edukazzjoni hija mportanti, l-aqwa arma hi li l-industrija tkun regolata specjalment biex it-tfal u z-zaghzagh ikunu protetti u jkun hemm ukoll provedimenti necessarji biex min hu vulnerabbli jkun protett. |